Prodott li m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi għal pistaċċi

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni li huma allerġiċi għal pistaċċi peress li fihom pistaċċi mhux iddikjarati speċifikatament fuq it-tiketta. ​
Isem tal-prodotti u deskrizzjoni:
Praline con cioccolato al late e morbido ripieno  (heart shaped);
Ditta:
Lindt ; Lindor
Piż:
178g, 96g
Lott:
L1983; L250230; L252230; L298330; L251230; L250231
Dati tad-durabbiltà:
31/10/2023; 31/12/2023; 30/11/2023; 31/01/2024;
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.