Prodott ta’ l-ikel Fried Almonds with Honey and Salt m’għandux jiġi kkunsmat minħabba riskju ta’ preżenza ta’ biċċiet tal-metall

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba riskju ta’ preżenza ta’ biċċiet tal-metall fl-istess prodott.

 

 

Isem tal-prodott:Fried Almonds with Honey and Salt

 

Ditta:Sol & Mar

 

Dati tad-durabbiltà u lottijiet:Lot 1114186; BB: 05/04/2023

Lot 1114407; BB: 02/05/2023

Lot 1114543; BB: 19/05/2023

 

Użin:150g

 

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.​