Il-kumpanija Pfizer qatt ma għamlet testing fit-trials fuq il-vaċċini tal-Covid19 biex ikunu jafu jekk it-trażmissjoni tiġix ikkontrollata jew le.
Ħafna nies qed jistaqsu, kif l-awtoritajiet Maltin ħarġu jgħidu li jekk tieħu dan il-vaċċin ma xxerridx il-vajrus jew saħansitra kien hemm min qal li hija anki aħjar mil immunità naturali fejn tidħol it-trażmissjoni.
Fil-qorti ta’ Malta, Profs Gauci qalet li Malta m’għamlux due diligence iżda qagħdu fuq l-Ewropa. Allura dawk li ħadu il-vaċċin biex jipproteġu lill ħaddiehor issa x’ser tgħidulhom? U il-miżuri li ġew imposti kontra dawk li ma ħadux il-vaċċin fosthom ukoll dawk li kellhom l-immunita’ naturali ser ssir apoloġija fil-konfront tagħhom? Bosta qed jistennew risposti għall dan kollu mill awtorità tas-saħħa.
Kienu ħafna ir-riperkussjonijiet li ħallew impatt fuq dawk li ma ħadux dan il-vaċċin u għad hemm min qed jsofri l-konsegwenzi sal-llum fosthom telf ta’ mpjiegi, tkissir fil-familji, deterjorament tas-saħħa mentali, ġew mwarrba mis-soċjeta’, ma tħallewx jidħlu f’ ċertu stabbilimenti u aktar. Min ser jwieġeb għall dan kollu ?
Bħalissa għaddejja ukoll investigazzjoni minħabba kunflitt ta’ interess fil-Kumpaniji Pfizer, Moderna flimkien mac-CDC.