L-Erbgħa, 6 ta’ Lulju, 2022 ser issir protesta quddiem il-Parlament fis-6pm bil-permess tal-pulizija li din qed tiġi organizzata mil-grupp “Freedom Movement Malta Group” kontra l- emenda tal-embrijuni li waslet biex issir liġi, kontra l-abort, kontra ‘Chemtrails’, kontra l-abort, favur is-sigurtà nazzjonali u newtralità aħjar.
Kelliema għal din il-protesta ser ikunu: Simon Debono (Abort),Anthony Calleja (Newtralità u Chemtrails), Paul R. Chetcuti (saħħa u għoli tal-ħajja), Noel Apap, Desmond Falzon u Raymond Ambrogio (Sigurtà Nazzjonali).
Sibna wkoll filmat ta’ membru u l-mexxej ta’ dan il-grupp li lbieraħ xerrdu fuq il-midja soċjali li fi kliemhom stess talbu lill-poplu biex ixerred dan il-filmat sabiex ikunu jafu iktar dwar din il-protesta.