Rabja Kbira mir-Rabtin – Siġar ta` Żnuber sekulari mejta wara li sar xogħol ta’ restawr fuq il-bandli qrib l-Imdina

Wara li sar xogħol fuq il-bandli tal-Imdina.
Hekk kif beda xogħol ta’ tħaffir madwar is-siġar diversi siġar sekulari mietu fi żmien 7 xhur, jidher li tneħħiet diversi ħamrija minn ma` dawra tagħhom bil-konsegwenza li setgħa laqtu jew inqatgħu l-għeruq. Is-siġar bdew imorru lura u diversi mietu.B’kollox għoddejna 8 mejta u l-oħrajn donnhom qed jmorru lura jum wara jum.

 

               

Kif tistgħu taraw f’dawn ir-ritratti meħuda fit-30 ta’ Jannar 2022 jidher ċar li l-ħamrija tneħħiet u flok tferra’ l-konkos. Dan ir-ritratt huwa meħud minn PmnewsMalta.
Wieħed jista’ jinnota li nqatgħet siġra u issa hemm zokk bla ħajja u dan jindika wkoll li issa dan il-bandli jista’ jkun ukoll ta` perikolu għax ladarba s-siġar imutu jistgħu jaqgħu għax jiddeterjoraw  u jistgħu jiġu wkoll fuq it-tfal li ikunu qed jilagħbu jew fuq nies li jkunu fil-ġnien. Ta’ min isemmi wkoll li biex dawn is-siġar jinqalgħu, hemm ċans kbir li xi biċċiet ta’ art jerġgħu jinqalgħu għar-raġuni ovvja li biex taqla’ siġra trid terġa’ tħaffer u tħawwel oħrajn ġodda.

Dawn il-fatti qed iqanqlu rabja fuq il-midja soċjali kif ukoll min-nies tal-lokal hekk kif in-nies jiftakru lill dawn is-siġar li kienu joqgħodu taħthom biex jilqgħu mix-xemx meta kienu tfal jew ħadu lil uliedhom f’dan il-bandli.
Applikazzjoni li kellha ssebbaħ dan il-bandali fejn  id-deskrizzjoni tax-xogħlijiet kellhom ikunu: Rinnovament ta’ playing field. Tneħħija ta ‘tagħmir tal-logħob eżistenti, gomma tas-sigurtà, blokki tal-pavimentar tal-konkrit, bankini u għamara ta’ barra. Disinn ta ‘tqassim intern ġdid propost, wiċċ tas-sigurtà, wiċċ iebes, tagħmir tal-logħob, struttura (bilqiegħda informali u żona ta’ ġbir), ħitan baxxi tal-konfini, poġġamani u għamara ta ‘barra.

Applikant:  Ms Nadia Gatt Curmi

Perit: Ivan Zammit

Hekk kif fuq il-midja soċjali bdiet tiċċirkola l-aħbar tas-siġar mejta kien Dr Adrian Delia fejn ġibed l-attenzjoni lill-awtoritajiet fuq dan il-proġett rigward l-qerda ta` dawn is-siġar sekulari u l-ħsara ambjentali li saret.