“Hekk kif nhar is-6 ta’ Lulju se jittieħed il-vot fil-Parlament biex ineħħu l-liġi li daħlet b’daqqa ta’ pinna tal-Ministru, kontra r-residenti u l-komunità kummerċjali fil-Belt Valletta ser nsejħu dimonstrazzjoni indipendenti li tgħaqqad lil diversi individwi fiċ-ċans u b’tama sabiex issir pressjoni fuq Membri Parlamentari biex jaslu għad-deċiżjoni ġusta u etika b’risq ir-residenti, illi ma kull ġurnata li tgħaddi qegħdin jgħaddu minn bosta inġustizzji, fejn sa anki d-drittijiet fundamentali qegħdin jinkisrulhom.
Nhar l-4 ta’ Lulju ser tiġi diskussa propja din il-Mozzjoni, se jinqaraw stqarrijiet li rċevejna permezz tal-indirizz eletroniku tagħna [email protected] dawn l-istqarrijiet miktuba personalment mir-residenti Beltin, fejn hawn se titwassal il-wegħġa, d-diżappunt li ġab miegħu dan l-avviż legali impost mingħajr konsultazzjoni jew kunsiderazzjoni mir-residenti, fosthom żagħżagħ li għadhom studenti, anzjani, familji bit-tfal, b’xi kundizzjoni ta’ saħħa u bosta aspetti u etajiet differenti.
F’din il-ġurnata, l-4 ta’ Lulju 2022 se nsejħu propjament it-tielet dimostrazzjoni, fl-4.00pm quddiem il-Parlament ta’ Malta. Din id-dimostrazzjoni hija miftuħa għal-kullħadd, biex nuru u nitolbu solidarjeta u tiġi revokata l-liġi li tippermetti mużika u storbju żejjed li jġib miegħu l-avviż legali.” Residenti Beltin.
2 thoughts on “Residenti Beltin Bit-Tielet Dimostrazzjoni”
We shop owners are finding difficult to operate with the excessive loud music from morning to evening, foul smells and rubbish left out by these establishments all night, they are bullies, I have been operating in Valletta for 26 years. Customers are complaining about the noise and Turists leaving Hotel’s in Valletta because of the noise.
Sur Borg ejja ghad dimostrazzjoni ghax jekk ma tghattix kaz ta dak kollu li qed jigri fil Belt fi ftit xhur ohra tasal biex tghalaq il-business.
Jehtieg li n-nies jifhmu li din ma hijiex glieda ghall beltin biss imma ghall poplu malti kollu ghax il bierah t’lurea Paceville u San Giljan, illum il Belt Valletta u ghadda postijiet ohra u Malta tispicca storbjuza il gurnata kollha ghall snin shah. Kuragg ma nibzaw minn hadt, ghax fejn hemm ir rieda hemm is sahha.