Residenti Beltin urtati għax mhux jiġu mismugħa

Kienu bosta residenti Beltin li kkuntatjawna hekk kif dawn jinsabu urtati kif il-Gvern u l-awtoritajiet mhux jikkunsidraw il-proposti tar-residenti tal-Belt Kapitali.
Fl-2012, inħoloq grupp żgħir biex jgħin lir-residenti u fis-sena 2021 ‘ResidentiBeltin’ ġie reġistrat biex uffiċjalment jaħdem fl-interess tar-Residenti. Illum ikkuntatjana persuna li huwa parti minn dan il-grupp u stqarr magħna li jekk ħadd ma hu ser jagħti każ l-ilmenti ta’ bosta residenti, huma lesti li jorganizzaw dimostrazzjoni sabiex jkomplu jwasslu l-vuċi tagħhom. Għaldaqstant dan qalilna li saħansitra saru bosta petizzjonijiet kif ukoll intbgħatu ittri lill-Prim Ministru u l-Ombudsman fost l-oħrajn.
“Ftit mill-Proposti tal-membri tagħna qabel ma ġie iffurmat il-grupp kienu propju l-proposti varji u diversi tal-progetti għal-Evans Building. Iżda sfortunatament matul is-snin xorta din il-Propjeta’ tal-Poplu ġiet imbattla u bosta thallew mingħajr tweġiba jew appoġġ li tiġi għall-użu tal-Komunita Beltija.” Kitbu fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook Residenti Beltin.

Fil-ġranet li ġejjin PM News Malta ser tkun qed tiddiskuti aktar ma’ din il-persuna li għandha għall qalbha l-Belt Valletta sabiex naġġornaw il-pubbliku b’aktar dettalji.