Diversi residenti Qormin ikkuntatjaw lill-PM News Malta fejn qassmu l-ħsibijiet u tħassib tagħhom fuq xogħlijiet li għadom għaddejjin fil-wied, in-naħa ta’ San Ġorġ.Dan il-proġett ilu għaddej għal diversi xhur u jider li bl-andament ta’ kif għaddej ix-xogħol ser jieħu fit-tul, qalulna xi residenti tal-lokal. “Minn ħin għal ieħor tista’ tagħmel xita jew maltemp li tikkaġuna ħsarat kbar jekk ix-xogħol jkun għadu ma tlestix għaliex l-ilmijiet m’għandomx fejn jmorru u jitilgħu għat-triq. Is-sena l-oħra spiċċajna ħażin meta għamlet xita qawwija u kien hemm x’imkien imblukkat, l-ilma tax-xita tela’ għat-triq u għamel diversi ħsarat,” stqarr wieħed mir-residenti li joqgħod hemm.
Ritratt meħud fil-25 ta’ Novembru 2021
Ftit qabel l-elezzjoni dan il-proġett ġie mwaqqaf minħabba li r-residenti lmentaw li mhux ser jkollhom parking. Il-Ministru Roderick Galdes flimkien mas-Sindku tal-lokal kienu niżżlu fuq il-post sabiex jitkellmu mar-residenti. Il-pjanta tal-proġett inbidlet u reġa’ tkompla x-xogħol fuq pjanti differenti fejn s’issa jidher li r-residenti għadhom ma jafux eżatt x’ser jkun ir-riżultat ladarba jitlesta x-xogħol.
Ritratt meħud fid-9 ta’ Awwissu 2022
Diversi rapporti tat-temp qed jindikaw li fil-jiem li ġejjin mistennijja maltempata u għaldaqstant ir-residenti qed jittamaw li jekk dan jseħħ ma jkunx hemm konsegwenzi koroh.