“Robert Abela se jagħti lura 2.8 miljun ewro?”- Arnold Cassola

Waqt konferenza stampa, Arnold Cassola kandidat indipendenti ,jgħid “
Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li hu xettiku dwar il-finanzjament mill-istat tal-partiti politiċi u li jemmen li l-partiti għandhom ikunu awtosostenibbli billi jikkummerċjalizzaw il-każini tagħhom.
   Jekk hu xettiku dwar il-finanzjament tal-partiti mill-istat, allura għaliex il-Partit Laburista ta’ Robert Abela aċċetta 2.8 miljun ewro finanzjament mill-istat permezz tal-grupp parlamentari tiegħu matul dawn l-aħħar 28 sena?
   Il-PN kiseb l-istess ammont ta’ fondi mill-istat fl-istess perjodu.
   Jekk Robert Abela jrid jittieħed bis-serjetà, il-Partit Laburista għandu jrodd lura t-2.8 miljuni li ħa minn flus il-kontribwenti.
   Jekk le, allura din hija prova oħra ta’ kif il-Prim Ministru tagħna jitmejjel bin-nies.”

Min jixtieq jagħmel kuntatt maghna jista’ jibgħat email fuq: [email protected]