Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm Balluta (Madwar il-klabb tal-Waterpolo), San Ġiljan (Site Code B 08) hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mis-7:00 ta’ filgħodu sat-3:00 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.
Il-pubbliku jista’ wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook