Self Test Kits

Aktar diskussjonijiet fuq self-test kits

Sabiex tittaffa l-problema ta’ influss kbir ta’ persuni jagħmlu appuntament għal swab test, fl-4 ta’ April Fearne qal li se tiġi introdotta sistema ta’ self-tests għal dawk bis-sintomi tal-Covid.
Għaldaqstant il-“Malta Medicine Authority” waqqfet lill ispiżjara milli jbigħu dan il-prodott. Skond MMA s’issa hemm ħames kits li ġew approvati u għad hemm il-possibilita li l-lista tiżdied.

Fuq il-midja soċjali hemm min diġa beda jbigħ dawn il-kits li m’ humiex validi għaliex skond il-leġislatura wieħed għandu jixtri dan il-prodott minn spiżjara jew stabbilimenti rikonoxxuti mill-awtoritajiet ikkonċernati. Skond informazzjoni li giet mgħoddija lill PM News Malta, kien hemm individwi li xtraw dawn il-kits minn fuq pjattaformi bħal Ebay u Amazon fost oħrajn.
S’issa għadu mhux magħruf il-prezz kemm ser jinbigħu dawn il-kits. Illum l- MMA kellhom jkomplu it-taħdidiet ma’ l-ispiżjara rigward dan il-process.
Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibgħat email fuq : [email protected]