Servizz tal-mejda diżgustanti.

llum mingħajr mistħija , sfaċċatament u fil miftuħ.
Imsieħeb u wieħed mill kelliema fi ħdan il-PARTIT POPOLARI,  niddeplora sezzjoni kbira tal istampa “online! għal nuqqas ta servizz indipendenti u leali li qeghdin iwettqu b`qerq u misinformazzjoni.  Dan tikkonfermah wara I’d dis-servizz li taw b mod żleali u xejn bilanċjat dawn il ġurnali online biex immexxu l-aġenda infama ta abort Legali f Malta. Tal-mistħija l-żbilanċ li intwera u ġie imxandar fil-beraħ il-bieraħ. Għadna medja artiġġjana, mixtrija, żleali. Għadna medja li qegħda toħnoq dak li bi dritt u bilanċjat għandu dritt ikollu l-poplu . Is-sistema użata tixbah dik  dittatorjali lura fi żminijiet , fejn il-medja mhux isservi lill poplu imma l-aġenda qarrieqa ta l-istat u ta NGOs servili ta l-istess ħakkiema. Diskustanti dan il-fatt u fir-realtà jurik għaliex il-poplu Malti u Għawdxi qiegħed jitlef I’d dinjija tiegħu , qiegħed jitlef ir-rispett uman, qiegħed jitlef l-apprezzament lejn il-hajja, qiegħed jitlef il valur tal-familja u għaqda. Il-bieraħ il-medja kixfet il-maskra.
Poplu attent u Iftaħ għajnejk għax dak li qiegħed jasal għandek hu qerq. Tattika li tixbah ferm dik dittatorjali b`mod modern. Dan mhux aċċettabbli li nkomplu niddisprezzaw l-intelligenza tal poplu biex titmexxa aġenda waħda biss bi stampa moħbija qarrieqa. Dawn il manuvri maħsuba u mfassla  għadhom ikunu ikkundannati fil-beraħ. Li kieku kien il każ li Malta għadna medja b`servizz leali ,din l istqarrija kienet toħroġ għal attenzjoni tal-medja kollha biex tasal għand kulħadd, imma għaliex anke il-Partit Popolari huwa mhux servut biex iwassal lill poplu l istqarrijiet tiegħu mill istess diversi ġurnali “online” għajr għal Xandir Malta u PMnews Malta, huwa kostrett  juża l-mezzi soċjali.
Il-PARTIT POPOLARI  filwaqt li  josserva ,ikompli  jwasslek u sservik il verità.

 

Joseph Borg