Sistema bijometrika ġdida,tħallas billi xxejjer jew titbissem

Mastercard bi stqarrijja qalet li ser toħroġ era ġdida ta’ pagamenti bijometriċi. Pagamenti issa jistgħu jsiru bi tbissima  jew billi xxejjer.
Din it-teknoloġija ġdida tuża l-wiċċ tiegħek jew il-marki tas-swaba’ biex jkolla aċċess biex tiftaħ il-mowbajl tiegħek . Skond il-kumpanija dan sar sabiex tgħin lill-konsumaturi jħaffu l-proċess tal-ħlas.
Bil-Programm ta’ Checkout Bijometriku l-ġdid ta’ Mastercard, kull ma jkollok bżonn hu lilek innifsek.
Globalment, 74% tal-konsumaturi għandhom attitudni pożittiva lejn it-teknoloġija bijometrika, u s-suq għat-teknoloġija bijometrika mingħajr kuntatt huwa mbassar li jilħaq $18.6 biljun sal-2026.
“Il-mod kif inħallsu jeħtieġ li jżomm il-pass mal-mod kif ngħixu, naħdmu u li nagħmlu n-negozju joffri għażla lill-konsumaturi bl-ogħla livelli ta ‘sigurtà,” qal Ajay Bhalla, president, Cyber & Intelligence f’Mastercard.
Il-konsumaturi jnizzlu l-App tal-kumpanija mbgħad jkunu jistgħu sempliċement jħallsu il-kont billi jitbissmu f’kamera jew imexxu idejhom fuq ” scanner” biex iħallsu.
Mastercard qed taħdem ma’ msieħba inklużi NEC, Payface, Aurus, PaybyFace, PopID u Fujitsu Limited biex tiżgura din l-iskala ġdida ta’ ħlas madwar id-dinja.