Splużjoni f’kamra tan-nar.

Sorsi qalulna li semgħu splużjoni u damet għal diversi ħinijiet u għadha għaddejja propju s’issa (15:45), huwa maħsub li gej mil-kamra tan- nar ta` “15 ta`Awissu”. Diversi ħsejjes ta’ “fire engines” jinstemaw sejrin fuq il-post.
Minn informazzjoni li daħlet lill Pm News Malta jirriżulta li l-isplużjoni aktarx li seħħet wara li għalqa bil-qamħ fil-viċin ħadet in-nar, li nfirex lejn il-Kumpless tan-Nar.
Minbarra l-Pulizija fuq il-post hemm uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanzi. Waslu wkoll uffiċjali mill-Explosive Ordnance Disposal Unit tal-Forzi Armati.

Fuq il-profil tiegħu tal-Facebook il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li kienu 3 li weġġgħu ħafif.

16:45 -Skond stqarrija li ta’ wieħed mill pulizja li qiegħed fuq il-post qal li l-inċident seħħ għall ħabta tat-15:15 u li kien hemm 11-il-persuna fil-ħin ta l-incident u li ma hemm l-ebda fatalita’. Ma kien hemm l-ebda persuna oħra f’ l-akwati waqt il-ħin ta’ l-spluzjoni. Ser jittella drone sabiex l-bomb disposal unit tal-forzi armati ta’ Malta jkunu jistgħu jipproċedu u jidħlu fuq il-post. Infetħet investigazzjoni mill-Maġistrat Gabriella Vella.
Aħna se nżommu lill-publiku infurmat b’aġġornamenti hekk kif fuq il-post hemm il-ġurnalist ta’ PM News Malta Mario Camilleri sabiex jirraporta dak li qed iseħħ bħalissa.