Bosta familji u politiċi fl-Istat ta’ New Jersey qajjmu kontroversja dwar il-ġbir ta’ informazzjoni sensittiva għal trabi tat-twelid, wara li sptar fl-istess stat, li jaqa’ taħt in -Network ta’ Inspira Health, qassmu kwestjonarji li jitolbu lill-ġenituri jagħtu informazzjoni dwar l-ġeneru / l-orjentazzjoni sesswali tat-trabi tagħhom hekk kif jittwieldu. Il-Midja ndunat b’dak li qed jiġri hekk kif is-Senatur Holly Schepisi, tellgħat post fuq il-paġna tagħha fuq Facebook.
Il-kwestjonarju qed jingħad li hu parti minn leġiżlazzjoni li daħlet fis-seħħ fl-2022 li tissupplimenta il-ġbir ta’ dejta demografika bħala parti minn miżuri biex ittejjeb l-aċċess għall-kura tas-saħħa.
Din il-leġiżlazzjoni timponi li l-istituzzjonijiet tas-saħħa jiġbru informazzjoni dwar ir-razza, etniċità u l-identità/orjentazzjoni sesswali tal-pazjenti tagħhom. Dan il-proċess huwa essenzjali biex jiġi analizzat kif jiġu pprovduti s-servizzi tas-saħħa lil kulħadd, u sabiex jiġu identifikati d-differenzi fis-servizzi pprovduti għall-gruppi demografiċi differenti.
Minkejja dan, il-ġbir tad-dejta dwar l-orjentazzjoni sesswali ta’ trabi tat-twelid qanqal dibattitu u kontroversja fi New Jersey. Is- Senatur Holly Schepisi, tiddikjara li din il-prattika hija “inadegwata” u “fuq kollox, perikoluża”, u saħqet li dan jista’ joħloq kwistjonijiet legali u morali fil-ġbir ta’ dejta li ma jkunux applikabbli għat-tfal.
Fl-istess ħin, il-kumpanija Inspira Health iddikjarat li din il-prattika hija fil-linja ma’ drittijiet statali u nazzjonali u li l-ġenituri jistgħu jiddeċiedu jekk jipprovdux din l-informazzjoni. Fl-istqarrija, Inspira Health enfasizzat ukoll li l-ġbir ta’ informazzjoni bħal dan huwa proċess li jgħin sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet fil-kura tas-saħħa fil-komunitajiet differenti, inkluż fil-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali.