STQARRIJA: Mandat ta’ Inibizzjoni-ABBA

STQARRIJA: Mandat ta’ Inibizzjoni: Appell jew le?- Partit ABBA

Wara li l-qorti ċivili ċaħdet it-talba tal-Partit ABBA li jinħareġ mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tal-Kummissjoni Elettorali u Joseph Camilleri (Chairperson) sabiex huma jiġu inibiti milli jwaqqfu kandidati jew aġenti tal-partit ABBA li ma jkunux vaċċinati kontra l-Covid 19 mill-aċċess għaż-żoni tal-votazzjoni, il-Partit ABBA se jkun qed jagħmel stqarrija għall-istampa illum 18 ta’ Marzu fis-6pm quddiem Kastilja ġewwa l-Belt Valletta sabiex iħabbar id-deċiżjoni tiegħu dwar jekk hux se jappella jew le.