Stqarrija mill-Media House PM News Malta

Stqarrija mill-Media House PM News Malta

Il-Media House PM News Malta b’refererenza għad-diversi stqarrijiet illi ħarġu dwar il-każ li huwa Sub iudice hu li qiegħed appuntat,għal quddiem il-qorti tal-maġistrati għall-nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Frar 2023, quddiem il-Maġistrat Dr. Monica Vella,lld, strettament mingħajr preġudizzju jikkontestaw il-mod manipulattiv ta’ kif saru dawn l-istqarrijiet intiżi biss biex inkwadraw ruħhom għal obbjettivi personali ta’ faxex partikolari fis-soċjeta’ Maltija.
Fuq parir mill-konsulenti legali tagħna, PM News Malta mhux sejra telabora aktar għajr illi tiddikjara li qegħda tikkontesta dak kollu li ntqal u l’ebda persuna ma kellu xi awtoriżżazjoni li jdaħħal fl-argumenti lil-PM News Malta li l-funzjoni ewlenija tagħha huwa li jxandar programmi b’temi kurrenti u tħalli lil-mistednin jxandru il-fehmiet tagħhom bl-aktar mod ħieles u fil-parametri tal-liġi.
Illi ma hemmx kwistjoni li PM News Malta b’xi mod kiser xi artikolu mill-erba` li hemm tal-kapitolu 567 tal-liġijiet ta’ Malta.
Il-verita` toħroġ fil-mument opportun skont il-liġi quddiem l’awtorita’ kompetenti, fl-udjenza jew fl-udjenzi li sejrin jsiru.
Biss Pm News Malta qed jagħmilha ċara li qed jżomm responsabbli għad-danni kollha lil kull persuna jew organizzazjoni li tferrex tagħrif li ma jkunx minnu, eżatt, jew li jiġi deliberatament immanipulat biex issir ħsara lil-PM News Malta.
PM News Malta dejjem emmnet f’diffużżjoni informattiva dwar fatti kurrenti b’osservazzjoni tal-liġijiet ta’ Malta u bl-enforzar tal-libertajiet u drittijiet fundamentali ta’ kull individwu skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta [il-Liġi Suprema] u il-konvenzjoni Ewropeja għad-drittijiet u libertajiet tal-individwu ( Kapitlu 319 tal-liġi ta’ Malta)
Tant sabiex kulħadd jgħaraf jirregola ruħhu.

2 thoughts on “Stqarrija mill-Media House PM News Malta

  1. Kuragg. Il hidma professjonali taghkom bazata fuq servizz ta lealta, verita u ftuh ta espressjoni libera, Hadd ma hu sejjer iwwaqfa.
    Il verita tohrog ghax il verita kienet u tibqa dejjem maghkom ghax dik il mixja taghkom.
    Awawkom Eroja u vittma.

  2. Kuragg. Il hidma professjonali taghkom bazata fuq servizz ta lealta, verita u ftuh ta espressjoni libera, Hadd ma hu sejjer iwwaqfa.
    Il verita tohrog ghax il verita kienet u tibqa dejjem maghkom ghax dik il mixja taghkom.
    Arawkhom Eroja u vittma.

Comments are closed.