Tedros b’laqgħa mal-Kumitat ta’ Emerġenza ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa

Waqt laqgħa fil-magħluq li saret il-bieraħ flimkien mal-Kumitat ta’ Emerġenza ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa dwar il-każijiet tal-ġidri tax-xadini f’diversi pajjiżi, id-Direttur Ġenerali appella għall aktar transparenza u kollaborazzjoni mill-pajjiżi kollha. Hu qal li minħabba nuqqas ta’ informazzjoni mil pandemija preċedenti rajna konsegwenzi li affetwaw b’mod globali .
Enfasiżża l-ħtieġa li l-pajjiżi għandom jirraportaw il-każijiet kollha,isir it-traċċar tal-kuntatti,jsiru l-investigazzjonijiet fil-laboratorju, is-sekwenzjar tal-ġenoma, u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u kontroll tal-infezzjonijiet. Żied jgħid l-importanza tad-definizzjonijiet ta’ każijiet jkunu ċari biex jigħnu jidentifikaw u jirrappurtaw l-infezzjonijiet.
Tedros qal li bħalissa filwaqt li l-aktar affettwati f’dawn il-każijiet tal-ġidri tax-xadini ġodda kienu rġiel li kellhom sess ma’ irġiel oħra , hemm ukoll riskji ta’ mard sever għal persuni immunokompromessi, nisa tqal u tfal jekk ikunu infettati.
“Jeħtieġ ukoll li naħdmu flimkien bħala komunità internazzjonali biex niġġeneraw l-effikaċja klinika meħtieġa u d-dejta dwar is-sigurtà tal-vaċċini u t-terapewtiċi kontra l-ġidri tax-xadini, u biex niżguraw id-distribuzzjoni ġusta tagħhom.” kompla jgħid Tedros.
“Aħna niddependu fuq l-għarfien espert u l-pariri dwar miżuri tas-saħħa pubblika sabiex issir id-dijanjostika, fuq tilqim, trattamenti, u kwistjonijiet oħra.
Il-kollegi tiegħi se jipprovdu aġġornamenti tekniċi dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, xenarji futuri, tilqim, vjaġġar internazzjonali, u kwistjonijiet oħra” temm id-diskors tiegħu Tedros.