Tfal ta’10/11-il sena mitluba jiffirmaw

PM News Malta baqgħet issegwi l-każ b’allegazzjoni ta’ illegalita’ fejn il-Minsteru għall-Edukazzjoni ħareġ karta biex tiġi ffirmata kemm mil-ġenituri kif ukoll minn tfal ta’ 10/11-il sena sabiex jgħatu l-kunsens tagħhom biex tiġi mgħoddija l-informazzjoni personali ( skond l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data) lilll-Kap tan-Network tal-Kulleġġ ikkonċernat.

Malta Children’s Defence Movement għamlu kuntatt ma’ diversi medias lokali fosthom PM News Malta sabiex jwasslu din l-informazzjoni, iżda apparentament kien propju l-gazzetta tagħna li ħarġet din l-informazzjoni.

MCDM infurmawna li ressqu dan il-każ lill-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data ( IDPC).

Illum nhar l-1 ta’ April,2025, b’permezz ta’ ittra elettronika, ġie kkomunikat mill-IDPC li ser jagħmlu kuntatt mal-Ministeru kkonċernat sabiex dik l-ittra tiġi emendata, u fl-ebda ċirkostanza tfal ta’ 10/11-il sena m’għandhom jintalbu biex jiffirmaw hekk kif stabbilit skond il-liġi.

Aqra l-artiklu ta’ MCDM b’aktar dettalji fuq din il-ħolqa.