Nicholas Levenstein missier tifel ta’ sentejn u nofs Leon Levenstein mwieled f’Malta, il-bieraħ fuq il-profil tiegħu tella’ post fejn qed jallega li ibnu ġie maħtuf minn ommu Anya LyudiNovskova bl-għajnuna ta’ persuna oħra barranija b’karnaġġjon skura.Skont ritratt li tella’ Nicholas jider li sar rapport ġewwa l-għassa ta’ tas-Sliema fis-7ta’ Awwissu rigward dan l-inċident.
Fil-post staqsa “M’inix ċert għaliex ma setgħetx tinħareġ twissija tal-fruntiera ta’ Schengen jew mandat ta’ arrest internazzjonali.”
L’omm minn naħa tagħha ikkonfermat li hi flimkien ma binha Leo jinsabu siguri ġewwa pajjiża.F’kumment li ħalliet hi stess fuq il-post tal-missier kitbet li Nicholas kien taħt investigazzjoni mill-pulizija ta’ l-Estonja u li t-tifel jbati minn kundizzjoni ta’ saħħa.Anya tgħid li l-pulizija ta’ Malta infurmaw wkoll L-Ambaxxata Amerikana, dik Irlandiża u anke Russa ġewwa l-Estonja u Washington.