Titjira għall-ażil lejn l’Rwanda kkanċellata wara intervent tal-ECHR

L-ewwel titjira għall-ażil lejn l’Rwanda ġiet mwaqqfa wara li l-avukati għamlu applikazzjoni ta’ emerġenza.
Il-pjan ta’ Boris Johnson li jibgħat persuni għall-ażil lejn l’Rwanda ġie mwaqqaf wara deċiżjoni li ħadet madwar 11-il siegħa sabiex tiġi stabbilita mill-Qorti Ewropew favur id-drittijiet tal-bniedem.
Seba’ persuni li kienu waslu fir-Renju Unit biex ifittxu kenn kienu mistennija li jintbgħatu  lejn il-pajjiż tal-Lvant tal-Afrika.
Iżda deċiżjoni tal-ECHR dwar wieħed mis-seba’ każijiet ippermettiet lill-avukati tas-sitta l-oħra jagħmlu applikazzjonijiet b’suċċess fl-aħħar minuta.
Id-deċiżjoni kienet imbarazzanti għal Boris Johnson u s-segretarja ta’ l-istat, Priti Patel, li kienu qalu li f’Mejju ser jibdew jibagħtu eluf ta’ persuni li jfittxu l-ażil 4,000 mil lejn il-pajjiż tal-Afrika tal-Lvant.
 Patel qalet li kienet “iddiżappuntata” mid-deċiżjoni legali filwaqt li kritikat lill-ECHR.
“Mhux se nkunu skoraġġati milli nagħmlu t-tajjeb u nwettqu l-pjanijiet tagħna biex nikkontrollaw il-fruntieri tan-nazzjon tagħna,” qalet Patel. “It-tim legali tagħna qed jirrevedi kull deċiżjoni meħuda fuq din it-titjira u ser nkomplu bill-preparazzjoni għat-titjira li jmiss.”