Transport li jiġbor lit-tfal ma setgħax jasal sa fejn il-ħruġ ta’ l-skola

Tqum kommosjoni ħdejn l-iskola primarja ta’ San Bastjan ġewwa Ħal Qormi illum wara nofsinhar hekk kif numru ta’ vetturi kienu ipparkjajti f’nofs it-triq u xarabank ma setgħatx tgħaddi.

Kienu għal ħabta tas-14.15 meta skond sorsi li għaddew l-informazzjoni lill PM News Malta nqala’ storbju hekk kif l-studenti kienu ħerġin mil-skola. It-Transport li jiġbor lit-tfal ma setgħax jasal sa fejn il-ħruġ ta’ l-skola u minħabba f’hekk l-istudenti kellhom jimxu fix-xita tul it-triq sakemm jaslu sax-xarabank li kien hemm tistennihom f’tarf it-triq.

Persuni qalulna li fost il-ħafna vetturi ipparkjati fin-nofs kien hemm mara li bdiet toffendi l-xi persuni oħra li kienu għaddejjin mit-triq u ġibdu l-attenzjoni lill pulizija li kien qed jaqdi dmirijietu f’dak il-ħin.

Il-Pulizija ħa ritratti tal-vetturi pparkjati fin-nofs sabiex tinħareġ multa minħabba l’blokk li ħolqu. Kien f’dan il mument li l-mara li kienet ipparkjata fin-nofs bdiet tgħajjat kemm tiflaħ quddiem il-pulizija li ma kienx hemm parkeġġ għaldaqstant peress li kienet nieżla x-xita u ma kelliex umbrella tefgħat fin-nofs u li ma kienx beħsieba ċċaqlaq il-karozza tagħha. Saħansitra din il-mara fil-preżenza tal-pulizija kif ukoll quddiem it-tfal bdiet tgħid kliem vulgari u baqgħet sejra biex tiġbor lill ulieda u ħalliet l-karozza fin-nofs. Il-persuni li kienu miexja kif ukoll is-sewwieq tax-xarabank qalu lill pulizija biex jgħarraf is-sewwieqa biex jsuqu sabiex ix-xarabank kif ukoll karozzi li kienu għaddejjin mit-triq jkunu jistgħu jkomplu bil-vjaġġ tagħhom.

Il-pulizija wieġeb lill persuna li ġibditlu l-attenzjoni li kienet qed ittelfu milli jagħmel xogħlu u li l vetturi fin-nofs għalkemm ma qallhomx biex jiċċaqlqu, ser tinħarġilhom ċitazzjoni u li mhux ser jipparkjaw aktar fin-nofs minn issa l-quddiem.

Il-pulizija talab lill persuni li kienu għaddejjin sabiex jikkoperaw miegħu għax peress li kien waħdu ma setgħax jlaħħaq mal-ġenn li kien hemm dak il-ħin. Meta persuna bdiet tipprova tfiehem il-pulizija, dan spiċċa jgħidila li ser jtellagħha l-qorti għax  skond hu kienet hi li nstigat lill dik l-mara li kienet ipparkjata fin-nofs mentri ġie rrapurtat lilna li kienet l-mara pparkjata ħażin li ħarġet toffendi lil xi persuni fil-preżenza  tal-pulizija.

 Ta’ min wieħed jgħid li din il-problema ħdejn l-skola u bosta skejjel madwar Malta hija ta’ kuljum għaliex bosta individwi jipparkjaw fin-nofs sakemm jiġbru lit-tfal tagħhom u kif ukoll ma jkunx hemm preżenza ta’ xi uffiċċjali sabiex jidderiġu t-traffiku f’dawk il-ħinijiet.