Hekk kif f’ Diċembru li għadda rajna lir Renju Unit toħroġ notifika li tipprojbixxi l użu ta’ l hekk msejjħa ‘Puberty Blockers’ skond l avviżi li ħarġu professjonisti mediċi, issa jmiss lill Stati Uniti ta’ l Amerika.
Il- Bieraħ il- President Donald Trump iffirma dikjarazzjoni li ‘nterventi mediċi kif ukoll kull tip ta’ trattament mediku f’ minorenni (taħt id-19- il sena) rigward t-tibdil tal- ġeneru, issa l- Gvern mhux ser jkompli jiffinanzja tale’ trattamenti.
Huwa jgħid li l-gvern ta’ l-Istati Uniti mhux se jiffinanzja, jisponsorja, jippromwovi, jassisti, jew jappoġġja l-hekk imsejħa “tranżizzjoni” ta’ tfal minn sess għal ieħor, u se jinforza b’mod rigoruż il-liġijiet kollha li jipprojbixxu jew jillimitaw dawn proċeduri li jipperikolaw l-ħajja tat-tfal.
Iz Żewġ stati ddikjaraw li dawn it-tip ta’ trattamenti huma perikolużi għas-saħħa tat- tfal li jkunu għadhom qed jiżviluppaw kif ukoll li riperkussjonijiet ta’ dawn it-trattamenti huma rreversibbli.
L-għaqdiet ta’ LGTBIQ+ mal-ewwel taw ir-reazzjoni tagħhom għal dak li ġie ffirmat il-bieraħ, 28 ta’ Jannar,2025, ġewwa l-White House. Fil-ġranet li ġejjin stqarrew li ser jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jirribattu din id-deċiżjoni.
Fuq il-pjattaforma tagħhom, mill banda l’ oħra, ‘Gays against Groomers’, jgħidu li din hija rebħa għalihom. Dan għaliex dan il-grupp għalkemm huma omosesswali ma jaqblux ma ċertu ideoloġiji sesswali fejn jidħlu t-tfal.
https://www.gov.uk/government/news/ban-on-puberty-blockers-to-be-made-indefinite-on-experts-advice