Trump Jħabbar li se Jixtri Tesla biex Jappoġġja lil Elon Musk

Il- Bieraħ, 10 ta’ Marzu, 2025, Il-President ta’ L-Istati Uniti, Donald Trump ħabbar l-intenzjoni tiegħu li ‘llum sejjer jixtri vettura ġdida Tesla biex juri solidarjetà mal-Kap Eżekuttiv Elon Musk. Trump qal li din id-deċiżjoni saret minħabba il-protesti li dejjem jiżdiedu kontra l-involviment politiku ta’ Musk u tnaqqis sinifikanti fil-valur tal-istokk ta’ Tesla.

Fuq il-pjattaforma tiegħu Truth Social, il-President Trump faħħar il-kontribuzzjonijiet ta’ Musk lejn in-nazzjon u kkritika l-isforzi biex jiġu bojkotjati l-prodotti ta’ Tesla. Huwa faħħar lil Musk għax-xogħol li qed jagħmel u kkundanna l-“Radical Left Lunatics” li qed jippruvaw jagħmlu ħsara lil Musk u n-negozji tiegħu.Trump iddikjara, “Se nixtri Tesla ġdida għada filgħodu bħala sinjal ta’ fiduċja u appoġġ għal Elon Musk.”

L-aħbar ħarġet wara serje ta’ protesti kontra Tesla f’ibliet bħall-Portland, Oregon, u New York City, li wasslu għal diversi arresti.  Dawn il-protesti saru minħabba l-irwol ta’ Musk fid-Dipartiment tal-Effiċjenza tal-Gvern (DOGE).

L-istokk ta’ Tesla sofra tnaqqis qawwi, b’telf ta’ aktar minn 15% riċentement, u 53% minn Diċembru. Dan jammonta għal $700 biljun mill-valur tas-suq.

Elon Musk esprima l-gratitudni tiegħu għall-appoġġ tal-President Trump.Fuq il-pjattaforma tiegħu X, Musk qasam screenshot tal-messaġġ ta’ Trump, fejn irringrazzjah għall-appoġġ tiegħu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *