L-UE jeħtieġ tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq Starlink

F’sessjoni plenarja mtella’ illum, Valérie Hayer, membru tal-Parlament Ewropew mill-grupp Renew Europe, saħqet fuq il-bżonn li l-Unjoni Ewropea tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq in-netwerk satellitari Starlink ta’ Elon Musk.Hija enfasizzat ir-riskji potenzjali tas-sigurtà marbuta fuq infrastrutturi satellitari privati, speċjalment fil-kuntest tal-kunflitt kontinwu fl-Ukrajna. Hayer ħeġġet lill-UE biex issaħħaħ il-mekkaniżmi tagħha fil-qasam ta’ l-intelliġenza satellitari mal-Ukrajna. Din l-inizjattiva għandha ssir sabiex taċċerta li dawn is-servizzi tal-komunikazzjoni u l-intelliġenza jibqgħu taħt il-kontroll Ewropew, u b’hekk ma tgħatix saħħa lill-partijiet terzi.

Il-grupp Renew Europe ilu jinsisti fuq l-importanza li jittieħdu azzjonijiet urġenti biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE fis-setturi tad-difiża u s-sigurtà. Fi stqarrijiet uffiċjali, il-grupp enfasizza l-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza fuq entitajiet esterni bħall-Starlink ta’ Musk għal dawn is-servizzi. Huma qalu li tali dipendenza tista’ toħloq riskji serji għall-infrastruttura tas-sigurtà tal-UE.

Starlink tgħanda rwol kruċjali biex iżomm il-konnettività tal-internet fl-Ukrajna waqt il-kunflitt preżenti. Stqarrijiet reċenti minn Musk qanqlu allarm fost l-uffiċjali tal-UE meta qal li l-armata Ukrena tiddependi ħafna fuq Starlink għall-operazzjonijiet tagħha u wissa li kwalunkwe nterruzzjoni tas-servizz tista’ tħalli impatt serju fuq id-difiża tal-Ukrajna.  “Is-sistema tiegħi ta’ Starlink hija l-pedament tal-armata Ukrena.”

 

F’post li tella’ fuq il-pjattaforma tiegħu X, Musk qal li mhux beħsiebu jagħmel dan iżda qal biss il-fatti kif inhuma.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *