Wara li persuna Indjana poġġa saqajh fuq siġġu tal-karozza tal-linja.

Fuq il-midja soċjali kien hemm filmat qasir ta’ raġel Indjan ipoġġi siequ “ħafja” fuq is-seat tal-karozza tal-linja f’pożizzjoni msejħa “lotus” u raġel ieħor li nzerta kien attivist u patrijott is-Sur Raymond Ambrogio jigbed il-filmat waqt li kien qied iċċanfar l-indjan. Dan wassal għal ħafna reazzjonijiet differenti xi wħud jgħidu li l-mod kif il-patrijott kellem u ċanfar lir-raġel Indjan kien selvaġġ u l-attivist kellu bil-pulit jgħid lil indjan biex iniżel saqqajh, oħrajn jgħidu li l-attivist għamel tajjeb billi ċanfar lill-Indjan u li f’Malta wieħed irid joqgħod bilqegħda sew u mhux ipoġġi b`dak il-mod u li l-attivist għamel tajjeb u b`hekk għallem lezzjoni lill-Indjan.
Għadu mhux magħruf jekk l-attivist ċanfarx lill indjan għall raġunijiet ta` igjene jew inkella għal raġunijiet ta’ li wieħed skond huwa għandu joqgħod bilqegħda b’mod korrett.  ( Dan il-video jidher li tneħħa mingħand is-sid)
Sar kumment ukoll mis-Sur Omar Rababah, li ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna u qajjem ukoll numru ta’ reazzjonijiet pożittivi u wħud negattivi. Fejn dan kiteb eżatt hekk 

“Il-bierah ktibt post fuq vidjo li rajt fuq facebook fejn is-Sur Ambrogio haseb li ghandu f’idu l-kodici tal-mod kif tpoggi bilqeghda fil-pubbliku f’Malta. Sab zghazugh kwiet li ma kien qed idejjaq il-hadd li rnexxielu jintimidah billi qallu li jekk irid ipoggi fil-pozizzjoni tal-lotus, ipoggi l-Indja jew f’daru ghax ahna f’Malta npoggu ‘kif suppost’.

Araw il-video u ggudikaw intom ghax dan il-vidjo ma baqax pubbliku imma xorta irnexxieli nakkwistah. Din it-tip ta attitudni ma narahiex f’posta fl-2022. Hi attitudni pseudo-patrijotta li tifred flok tghaqqad. Jekk irridu nkunu patrijottici hemm hafna iktar x’nistghu naghmlu, bhal perezempju niggieldu kontra li tittiehed art pubblika ghal-skopijiet egoistici, mela naqbdu ma persuna ghax narawha barranija.
Il-pozizzjoni tal-lotus ilha tigi uzata mijiet ta’ snin, u ma nahsibx li hi pozizzjoni ta’ nies mhux civilizzata bhal intqal fil-fb live li ghamilt wara dal-filmat. Fiha hafna beneficcji u hawn hafna nies juzawha mhux biss biex ipoggu bilqeghda ghax komdi hekk imma anka ghal-skopiijiet terapewtici (meditazzjoni, rilassament etc). Jien intfajt hekk Ix-Xatt tal-Gzira ghax ghogobni x-xoghol.
Min jixtieq jkompli mieghi jista jtella ritratt fejn irid waqt li bilqeghda hekk u juza l-hashtag #sitproperlyinMalta sabiex nuru li ahna nirrispettaw id-diversita’ u ma nharsu lejn l-ebda kultura bhala inferjuri imma nitghallmu u nirrispettaw lil kulhadd.”

Minn dak li qal kien hemm parti tal-kumment li laqatna li kien “Jien intfajt hekk Ix-Xatt tal-Gzira ghax ghogobni x-xoghol. Min jixtieq jkompli mieghi jista jtella ritratt fejn irid waqt li bilqeghda hekk u juza l-hashtag #sitproperlyinMalta sabiex nuru li ahna nirrispettaw id-diversita’ u ma nharsu lejn l-ebda kultura bhala inferjuri imma nitghallmu u nirrispettaw lil kulhadd.”
Mhuwiex iġeniku li toqgħod bilqiegħda b`dak il-mod fuq bank pubbliku waqt li għadna f’pandemija globali, u dan wara sentejn fejn l-indafa kienet prijorità specjalment f’postijiet pubbliċi biex il-virus ma jinfirex kemm jista’ jkun. Wieħed ma għandux jimxi ħafi u mbagħad jgħolli saqajh b’dak il-mod fuq bank pubbliku. Kif tistgħu taraw ċar fir-ritratt tas-Sur Omar Rabbabah kellu l-flip flop metru ‘l bogħod u dan ifisser li mexxa ħafi sakemm poġġa l-wiċċ ta’ siequ fuq il-wiċċ tal-bank. 

Wieħed m’għandux jinċita nies oħra biex jagħmlu u jistrieħu b’dan il-mod fuq proprjetà tal-gvern għal raġunijiet li tinżamm kemm jista’ jkun iġjene pubblika f’nofs pandemija, nisperaw li d-dipartiment tas-saħħa pubblika u s-Superintendent għas-Saħħa Pubblika jrażżanu din il-prattika. fil-waqt Il-gazzetti u l-midja soċjali m’għandhomx jinkoraġġixxu affarijiet bħal dawn.
Għalkemm naqbel mas-Sur Omar li dik il-pożizzjoni mhix xi ħaġa li m’għandhiex issir pero` għandha tkun fil-post it-tajjeb u mhux fuq bank pubbliku jew postijiet pubbliċi għal raġunijiet purament iġeniċi, jekk wieħed irid joqgħod bilqiegħda jieħu ritratt biex jagħmel stqarrija li għandhom jaghmlu hu propju ma jgħamlux dan f’postijiet fejn il-pubbliku jista`jiġi ipperikolat.
Wieħed irid ikollu rispett minn dawk li jistgħu joqgħodu warajh