X’Kumbinazzjoni !

Il-bieraħ l-Għaqda Dinjija tas-saħħa f’konferenza ħabbret li l-ġidri tax-xadini issa ġie eskalat għall stat ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika internazzjonali. Dan jindika li fi ftit ġranet POSSIBILMENT jiżvolġi f’pandemija oħra.
Tajjeb li wieħed jinnota ċertu affarijiet kif ġraw u jistaqsi jekk ux kumbinazzjoni jew tant avvanzajna fix-xjenza li konna preparati sew f’ każ  li l-ġidri tax-xadini jinxtred mad-dinja u jeskala f’livell ta’ emergenza.
Fl-2019 ġie approvat il-vaċċin Jynneos. Skond dan ir-rapport li ħareġ f’Settembru 2019 mill-FDA, Jynneos kien l-uniku vaċċin approvat mill-FDA kontra l-ġidri tax-xadini.

Hekk kif ġie irrapurtat l-ewwel każ tal-ġidri tax-xadini f’Mejju 2022, id-dipartiment tas-Saħħa u Servizzi Umani tal-Istati Uniti (HHS) bdiet bil-preparazzjoni għax-xiri u distrubuzzjoni ta dan il-vaċċin.
Fit-28 ta’ Ġunju 2022, l-HHS ħabbret l- strateġija biex tlaqqam u tipproteġi individwi fir-Riskju f’każ li t-tixrid tal-ġidri tax-xadini jkompli jiskala.

 

Fil-bidu ta’ Lulju l-HHS ordnat 2.5miljun doża oħra bħala preparazzjoni.
Fit-22 ta’ Lulju 2022, l-HHS flimkien ma ASPR Administration for Strategic Preparedness and Response ppublikaw li qasmu 310,385​ doża ta’ JYNNEOS.
Kien propju l-bieraħ 23ta’ Lulju fejn Tedros, id-direttur ta’ l-Għaqda dinjija tas-saħħa ħabbar li issa l-ġidri tax-xadini tela’ għall livell ta’ emerġenza internazzjonali.
Tajjeb ta’ min wieħed jinnota ukoll li t-tieni laqgħa mal-Kumitat ta’ Emerġenza tal-IHR dwar il-ġidri tax-xadini u t-tixrid tiegħu f’diversi pajjiżi saret fit-21 ta’ Lulju 2022 fil-magħluq bħal ma saret l-ewwel laqgħa.
Fis-27 ta’Ġunju l-EMA ippublikat il-possibblita ta’ l-użu tal-vaċċin Jynneos kontra l-infezzjoni tal-virus tal-ġidri tax-xadini ġewwa l-Ewropa. Dan għaliex bħalissa vaċċin wieħed biss, Imvanex (Bavarian Nordic A/S), huwa awtorizzat mill-EMA għall-prevenzjoni ta’ ġidri fl-adulti fl-UE.
Minn wara li faqqat il-pandemija tal-Kowvid ġie mfassal pjan ta’ strateġija għall pandemija li jmiss. Dan kien diskuss waqt il- World Economic Forum kif ukoll waqt l World health assembly ta’ din is-sena.

World economic forum Davos Highlights

Package insert Jynneos

Għaldaqstant meta wieħed jinnota id-dati jinduna kif donnu kien previst li dan l-vajrus ser jiskala b’mod internazzjonali. Din hija l-opinjoni tiegħi bbażata fuq ir-riċerka li għamilt u ma rrid ninsinwa xejn, pero ma nistgħax ma ngħidx….. x’kumbinazzjoni !

Opinjoni miktuba minn Rita Bonnici