Żagħżugħ weġġa’ wara li baqa’ dieħel f’żewġ karozzi

Il-Ġimgħa filgħaxija, għall-ħabta tal-10pm, fi triq sekondarja li tmiss ma’ Triq l-Imdina seħħ inċident fejn
Żagħżugħ ta’ 18-il sena weġġa’ wara li baqa’ dieħel f’żewġ karozzi pparkjati f’Ħaż-Żebbuġ.
Huwa tilef il-kontroll tal-karozza  fejn skond  stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li ż-żagħżugħ kien qed isuq Honda Accord u baqa’ dieħel f’Nissan Navara u Toyota Fun Cargo.
Fuq il-post issejħu l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza.
 S’issa l-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhix magħrufa.

Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibgħat email fuq : [email protected]