Żball li jista’ jwassal għall kunflitt diplomatiku

F’Novembru li għadda,il-Konslu Onorarju għar-Repubblika ta’ Malta fl’ Olanda Eric de Haan ġie nfurmat permezz ta’ ittra reġistrata li r-rwol tiegħu bħala Konslu Onorarju għar-Repubblika ta’ Malta fir-Renju tal-Olanda kien ġie tterminat mill-Ambaxxatur Malti E.E. Mark A. Pace. Ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni dwar kif u għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni. Skond kif kiteb il-Konslu qal “Jidher li d-deċiżjoni hija bbażata fuq informazzjoni falza u la l-Ambaxxata hawn u lanqas il-Ministeru ma talbuni niċċara l-affarijiet.”
Bħala parti mir-rwol tiegħu l-Onor. Konslu kien jibgħat ir-rapporti kull tliet xhur biex jaġġorna l-Ambaxxata u l-Ministeru tax-xogħol tiegħu, iżda dawn ħafna drabi kienu jiġu njorati, u din kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin ta’ komunikazzjoni ħażina.
Fil-post fuq il-midja soċjali jirringrazzja lill dawk l-persuni li ħadmu miegħu sabiex jitjieb il-kummerċ, it-turiżmu, l-iskambji kulturali u edukattivi bejn iż-żewġ pajjiżi.
“Nifhem u naqbel miegħek. Se nagħmel minn kollox biex nara ma jkunx hemm żbalji simili bħal fil-każ tiegħek taħt amministrazzjoni preċedenti”.bagħat il-Ministru għall affarijiet barranin u ewropej u kummerċ lill Konslu, wara 8 xhur jipprova jistaqsi u ħadd ma daħal fil-każ tiegħu, iddeċida li ma jridx jirrappreżenta aktar pajjiż li ma japprezzax dak kollu li għamel.