Bil-filmat -Żewġ professjonisti jitkellmu u jispjegaw x’ tinvolvi l-emenda ta’ l-IVF

Tabib Malti li kien jipprattika il-Ginekoloġija f’ Malta u li għall dawn l-aħħar 10 snin kien jaħdem ġewwa l-Ingilterra ġie għall btala fil-gżejjer Maltin u attenda għall laqgħa ta’ djalogu mtella’ minn Edwin Vassallo rigward l-emeda ta’ l-IVF. Huwa qasam il-ħsieb tiegħu fuq dak li qed jiġri ġewwa Malta fejn saħansitra stqarr li bil-miżinformazzjoni li kien hemm mill-midja lokali spiċċa jagħmel riċerka forsi jifhem aħjar x’ kien qed jintqal.
“Spiċċajt kelli nqatta’ jumejn nirriċerka fid-dokumenti sabiex nipprova nifhem x’kien qed jintqal fuq l kwistjoni ta’ l-embrijuni” stqarr dan it-tabib.
Segwi l-filmat biex tara x’kellu xi jgħid dan it-tabib.
It-Tabib Jean Karl Soler ukoll intervjena fid-diskussjoni fejn spjega fid-dettall mill-aspett xjentifiku b’mod professjonali rigward l’morning after pill, il-proċess u x’ jinvolvi l-IVF. Dr. Soler qal li x-xjenza ma tinbidilx imma n-narrattiva tista’ tinbidel u huwa għalekk importanti li wieħed jimxi max-xjenza. Tkellem ukoll rigward l-ewġenika u kif dan kollu jista’ jwassal għal din.
Dr.Soler fil-filmat jispjega b’aktar dettalji .

4 thoughts on “Bil-filmat -Żewġ professjonisti jitkellmu u jispjegaw x’ tinvolvi l-emenda ta’ l-IVF

  1. Proset Dr. Soler spjegat tajjeb li dik il – Ligi tmur kontra il – Kustituzzjoni

  2. Allura hawn xi genitur li jaghzel l- embrijun difettuz flok wiehed mhuiex?Ilbsu iz-zarbun taghhom u mbghad tkellmu.

    1. Sew qed tghid, izda jista wkoll, li ma sarx, qabel jigu ezaminati il-bajd tal-mara qabel ma’ jlaqqu l-isperma maghha. U hekk jistu jeliminaw il-bajd difettuz u juzaw il-bajda t-tajba. Imma s-66 ruh li ivvutaw favur din il-ligi dan ma’ kkunsidrawhx.

Comments are closed.