Il-kumpanija lokali Benna se żżid il-prezzijiet tagħha f’firxa ta’ prodotti fosthom jogurt, ġbejniet u rkotta , bl-eċċezzjoni tal-ħalib frisk.
Iż-żidiet ġejjin minkejja s-sussidji tal-gvern mogħtija lill-importaturi tal-għalf tal-annimali li ġarrbu spejjeż dejjem akbar fl-aħħar xhur. Il-Koperattiva tal-Bdiewa tal-Ħalib qalet li minkejja s-sussidji għadha ġġarrab telf kbir.
Il-prezzijiet mistennija li jiżdiedu mil-ġimgħa d-dieħla 20 ta’ Ġunju .
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta fi stqarrija jgħid li qed jistenna li l-prodott gross domestiku (PGD) ta’ Malta se jiżdied b’5.4% fl-2022, 4.9% fl-2023 u 3.8% fl-2024. Meta mqabbel mal-projezzjonijiet preċedenti tal-Bank, dan jirrappreżenta reviżjoni ‘l isfel ta’ 0.6 punt perċentwali fl-2022 u 0.4 punt perċentwali fl-2023.