STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

Wara diversi allegazzjonijiet fuq il-midja soċjali, il-Ġimgħa waranofsinhar, tim magħmul minn pulizija, id-Direttorat tas-Servizzi Veterinarji u d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali għamlu spezzjoni f’diversi siti f’Għawdex b’rabta ma’ allegazzjonijiet dwar produzzjoni illegali taz-zalzett. Waqt l-istess spezzjonijiet ma nstabet l-ebda evidenza jew tagħmir relatat mal-produzzjoni illegali taz-zalzett. Id-Direttorat tas-Saħħa Veterinarji u d-Direttorat tas-Saħħa jwettqu spezzjonijiet ta’ din ix-xorta b’mod regolari fuq stabbilimenti awtorizzati sabiex tkun żgurata s-sigurtà tal-ikel.
Aktar investigazzjonijiet b’rabta mal-allegazzjonijiet fuq il-każ imsemmi għadhom għaddejjin, bħalma jiġri f’kull każ b’rabta mas-sigurtà tal-ikel jew abbuż tal-annimali. Huwa importanti wkoll li l-konsumatur jagħmel biss użu minn stabbilimenti awtorizzati u jkun żgur li l-prodotti jkollhom it-tikkettar meħtieġ. L-appell jibqa’ biex il-pubbliku jirrapporta illegalitajiet filwaqt li għandhom jiġu evitati rapporti foloz li jistgħu jitfgħu dell ikrah fuq l-ikel Malti u x-xogħol siewi tal-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *