PMNews Malta talab klarifikazzjoni mill-Awtorità tax-Xandir dwar il-kaz ta’ dak li kiteb Conrad Borg Manche’ fuq Facebook.

Wara li dehret din l-aħbar fuq Newsbook, fejn tefgħet iktar dawl fuq dak li kiteb il-kandidat indipendenti Conrad Borg Manche’ fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu,
PMNewsMalta talab lill-Awtorità tax-Xandir sabiex issir klarifikazzjoni sabiex isir gustizzja mal-partijiet kollha involuti
Wara li l-PMNMalta bgħatet email lill-Awtorità tal-Xandir dwar dan il-każ, kienet il-CEO, Dr. Joanna Spiter, li rrispondiet hekk kif ġej,
Għażiż Sur Camilleri
B’referenza għal din il-link li bgħattli bil-kummenti tal-kandidat indipendenti Conrad Borg Manche, l-Awtorità ma ħaditx deċiżjoni li twaqqaf xi trasmissjoni, programm jew intervista. Matul dan il-perjodu l-Awtorità toħroġ Direttiva bħal f’kull kampanja elettorali oħra biex jitħarsu aktar il-provvedimenti ta’ imparzjalità u bilanċ.  Madanakollu f’dan il-kumment mhuwiex ċar għal-liema stazzjon jew pjattaforma qed jirreferi s-Sur Manche.  Dment li kull stazzjon jimxi mad-Direttiva u jimxi mal-provvedimenti tal-liċenzja tiegħu, l-Awtorità ma tiħux passi kontra dak l-istazzjon.
Dawn huma l-kummenti li nista’ ngħaddilek fid-dawl tal-informazzjoni li joħroġ minn dan il-kumment.
Tislijiet
Joanna