Awtorita ta’ Xandir – Partit Imperium Europa kontra RTK 103.

Stqarrija b’reazzjoni għar-rappurtaġġ dwar deċiżjoni tal-Awtorità, tat-22 ta’ Jannar 2024
L-Awtorità tax-Xandir tiċħad bil-qawwa kollha ċerti rappurtaġġi fil-midja inkwantu d-
deċiżjoni tagħha għall-ilment imressaq mill-partit Imperium Europa kontra RTK 103, tali deċiżjoni nħarġet nhar it-22 ta’ Jannar 2024.
Id-deċiżjoni hija bbażata fuq ksur ta’ Art. 34(1)(a) ta’ Kap. 350, l-Att dwar ix-Xandir,
dwar trattament inġust jew mhux xieraq. Il-Bord tal-Awtorità tax-Xandir jisma’ il-partijiet konċernati waqt is-smigħ u jittratta l-fatti mressqa li strettament jirrigwardjaw il-liġi tax-
xandir.
Id-deċiżjoni ssemmi wkoll li l-istazzjon RTK 103 kien diġà rreġistra ammissjoni għal
ksur kommess mill-istess preżentatur, tali deċiżjoni sabet lill-istazzjon ħati nhar l-4
t’Awwissu 2022. F’din id-deċiżjoni l-Bord tal-Awtorità tax-Xandir impona penali ta’ Euro
4,660 li japplikaw kemm-il darba l-istazzjon jerġa’ jonqos.
L-Awtorità tagħmel referenza wkoll għall-kummenti dwar is-Segretarju tal-Bord, Dr
Adriano Spiteri, tali kummenti hija tqis bħala infundati in vista tal-fatt li Dr Adriano
Spiteri ġie magħżul mill-Bord tal-Awtorità tax-Xandir wara sejħa pubblika u wara li saru
l-intervisti tal-applikanti. L-Awtorità kkonfermat ukoll li Dr Adriano Spiteri ma kienx
għadu qed jassumi rwol uffiċjali fi ħdan partit politiku. L-irwol tas-Segretarju huwa ben
definit fl-Att dwar ix-Xandir u ma jinkludix b’xi forma jew oħra l-involviment tiegħu fid-
deċiżjonijiet jew