Waqt diskussjoni fil-programm Live-stream ma’ Mario u Rita l-bieraħ 12 ta’ Settembru, l-ekonomista s-Sur Terrence Portelli li jagħmel parti mill-partit Imperium Ewropa semma’ diversi punti rigward kif pajjiżna jista’ jsib soluzzjonijiet għal problemi li bħalissa qed jiffaċċja bl-immigrazzjoni, l-ekonomija tal-pajjiż u diversi fatturi oħra.
Portelli qal li d-deheb hu riżors importanti li jista’ jintuża minnflok flus kontanti u diġitali li skont il-“Great Reset” huma fil-mira li jissostitwixxu l-flus kontanti b’attakk fuq it-tfaddil.
Qal ukoll li ser jaħdmu biex ġewwa l-Ewropa jispiċċa l-faqar li dan saħansitra qed jwassal għal nies li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom u qegħda tiggwidhom għal ħajja ta’ kriminalità sabiex jieklu. L-aħħar punt li semma’ kien kif bħala partit lest li joffri opportunitajiet diversi għal ħlas tat-taxxa fejn l-individwu ħa jkollu l-għażla jinvesti l-flus li jħallas f’taxxa tal-pensjoni skont il-bżonnijiet tiegħu.
Meta mistoqsi min ser jipparteċipa għal l-elezzjoni ta’ l-MEP’s fl-2024, Portelli qal li hu kif ukoll Norman Lowell ser jkunu qed jitfgħu n-nomina tagħhom f’isem il-partit Imperium Ewropa filwaqt li ma jeskludix li jaf jkun hemm aktar kandidati mill-istess partit aktar l’quddiem li jipparteċipaw f’din l’elezzjoni.
La darba jkunu fil-parlament Ewropew Portelli qal li bħala partit ser jagħmlu dak li jkun meħtieġ sabiex id-djun tal-pajjiż jitħallsu bid-deheb jew li jiġu kompletament eliminati sabiex jissalvagwardjaw il-futur tal-ġenerazzjonijiet li jmiss.
One thought on “Bil-Filmat – Imperium Ewropa -Terrence Portelli jgħid li kemm hu kif ukoll Norman Lowell ser jikkontestaw għal MEP`s 2024.”
A brilliant exposition by Terrence Portelli. A breath of fresh air as against the monotonous mediocrity of our politicians. Well done Terrence – We of Imperium Europa are proud of you.
A brilliant exposition by Terrence Portelli.
A breath of fresh air as against the monotonous mediocrity of our politicians.
Well done Terrence – We of Imperium Europa are proud of you.