Bil-Filmat- Problema ta’ parkeġġ ġewwa Ħal Far

Bosta ħaddiema li jaħdmu ġewwa Ħal Far jilmentaw li sar impossibli sabiex jsibu jipparkjaw il-vetturi tagħhom minħabba ammont sostanzjali ta’ ” Trailers” li qed jokkupaw parti kbira mit-toroq tal-madwar.
Persuna li taħdem ġewwa Ħal Far bgħat vidjo lill PM News Malta sabiex juri dawn it-” Trailers” u kif il-parkeġġ qed jkun okkupat minn dawn il-vetturi enormi li qed tkun diffiċli għal-ħaddiema oħra sabiex jsibu parkeġġ u jkunu jistgħu jidħlu għax-xogħol fil-ħin.