Byron Camilleri f’laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Intern Finlandiża Krista Mikkonen

F’Ħelsinki, il-Finlandja, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Intern Finlandiża Krista Mikkonen, fejn matulha ġiet diskussa t-tema tal-immigrazzjoni.
Fil-fatt, matul din il-laqgħa ġiet diskussa t-triq ‘il quddiem fuq id-dokument imressaq mill-Presidenza dwar il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà b’rabta mal-immigrazzjoni u anke l-progress fuq id-diskussjoni li għaddejja dwar il-Patt tal-Immigrazzjoni u l-Ażil.
Il-Ministru Camilleri, f’isem il-Gvern Malti, irringrazzja lill-Finlandja li għenet u ħadet sehem fil-mekkaniżmu ta’ solidarjetà b’rabta mal-immigrazzjoni.
Iż-żewġ partijiet qablu li jkomplu d-diskussjonijiet għall-ġid taż-żewġ pajjiżi u tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali.​