Jekk wieħed iħares fil-fond u jistudja ftit rigward din l-invażjoni, jinduna li din ilha ġejja ħafna żmien għal diversi raġunijiet. Nistgħu nibdew infakru li l-Ukrajna kienet parti mil-ex -USSR jew inkella mill-aħħar żviluppi rigward is-sħubija tal-Ukrajna fin-NATO; ghalkemm is-sapport tal-poplu rigward is-sħubija man-NATO, bejn l-2005 u l-2013 kien baxx, jidher li s-sitwazzjoni inbidlet ferm minħabba l-fatt li skond poll li sar f’Gunju tal- 2017, is-sapport favur tela’ ghal 69%. Irridu wkoll nikkunsidraw il-fatt li hemm hafna nies li jghixu ġol-Ukraina. Dawn huma ta’oriġinu Russu ghax twieldu l-Ukranja qabel fi żmien il-Ussr u b’hekk baqgħu lejali lejn ir-Russia bil-mentalita’ li ma jkunux parti min-Nato jew mil-EU. Baqgħu. Dawn huma fatti mportanti li jridu jitqisu meta wieħed jitkellem dwar il-kriżi eżistenti.
Din il-gwerra kif ser taffetwa lill-Maltin u lill-gżejjer tagħna? Irridu nistennew żieda fil-prezz taż-żejt kif ukoll fil-prezz tal-qamħ kif fil-fatt diġa bdejna nesperjenzaw fis-suq. Bħal ma nafu, jintużaw prodotti varji li għandom id-dqiq bħala ingredjent ewlieni u b’hekk jikber iċ-ċans li l-prezzijiet tal-mġġoranza tal-prodotti jogħlew. Nafu li Malta tiddependi mill- importazzjoni minħabba li l-gvernijiet Maltin mis-sebgħinijat l’hawn (wara Gvern tal-Perit Mintoff, coe min dak ta’ Dr Fenech Adami sallum), qatt ma kien hemm pjan b’saħħtu biżżejjed biex inkunu nistgħu nipprovdu b`mod sħiħ il-prodott tagħna domestiku għal pajjizna, Affettwa wkoll il-fatt li f’dawn l-aħħar snin il-prodott Malti naqas minħabba li naqset is-sengħa tal-agrikultura kif ukoll diversi snajja.
Hawn se natu l-fehma tagħna ta’ x’għandu jkun is-sehem ta’ Malta f’din il-kriżi. L-ewwel nett nibqgħu inżommu n-newtralita’ u non-alleanza bħal ma dejjem għamlet fi kriżijiet simili u skond il-kostituzzjoni. Għandu jkun hemm intervent permezz ta’ għajnuna bi provvisti mediċinali, tal-ikel jew tal-ħwejjeġ, f’każ ta bżonn lill-poplu Ukren. pajjizna Jista’ wkoll joffri li jkun ta’ medjatur bejn iż-żewġ pajjiżi jew bejn il-forzi militari kollha biex inaqqas l-impatt ta’ gwerra. Bla ebda dubju Malta ghandha żżom mal-kostituzzjoni tagħha u ma tkunx ta’ kenn għall- ebda pajjiż li jista’ jfittixha bhala bażi militari kontra xi pajjiz iehor. M’għandha bl-ebda mod tidħol fi gwerer ta’ ħaddieħor jekk mhux biex tiddefendi lilha nnifisha f’każ estrem ta’ attakk li minn qalbna nittamaw li ma jiġrix.
Ħsibijiet miġbura minn Mario Camilleri