PM News Malta nhar l-Erbgħa, 6 ta’ April,2022, tella’ programm ta’ Diskussjoni fejn il-mistieden kien Matthew Grech. Dan ta’ l-aħħar iddeskriva lilu nnifsu bħala Ex-Gay, Segretarju mal-Partit ABBA (Partit Politiku Malti) u rappreżentant ta’ l- IFTCC (International Federation for Therapeutic Counseling Choice).
Xi jiem wara li xxandar dan il-programm, PM News ġie mħarrek permezz tal-preżentaturi ewlenin tiegħu u cioe’ Mario Camilleri u Rita Bonnici.
Il-persuni li għamlu r-rapport huma Silvan Aguis li joqgħod ir-Rabat, Malta ; Christian Attard mil- Mosta u Cynthia mil-Mġarr.
Dwar dawn it-tlett persuni li jidher li għamlu r-rapport fejn il-preżentaturi ta’ PM News ġew imħarrka sabiex jidru quddiem il-Qorti. Skont tagħrif li għandu PM News, Silvan Aguis jokkupa il-kariga bħala membru (Espert) fil-Kummisjoni Ewropea. Din il-kariga ta’ Aguis tinvolvi fehemiet professjonali dwar esperjenzi fl-Ugwaljanza u kontra id-Diskriminazzjoni li hija mħaddna mil-awtoritajiet kompetenti ta’ Malta u li tinkludi l-Korp ta’ l-Ugwaljanza u tas-Soċjeta Ċivili.
Silvan Aguis jmexxi ukoll l-iżvilupp strateġiku l-ippjanar u l-implementazzjoni, l-iżvilupp organizzattiv, u l-ugwaljanza fi ħdan l- LGTBIQ u partikolarment fuq id-drittijiet ‘Trans’ u Intersesswali, l-Ugwaljanza bejn is-sessi, l-Integrazzjoni ta’ l-Ugwaljanza u l-Intersezzjonalita.
Is-Sur Aguis ukoll kien qed jservi diversi karigi qabel din l-aħħar kariga li ngħatatlu.
Is-Sur Christian Attard kien il-persuna l’oħra li għamel dan ir-rapport lill pulizija dwar il-preżentaturi ewlenin ta’ PM News u l-mistieden tagħhom.
Attard huwa membru fundatur tal-Malta Gay Rights Movement (MGRM) u kien Membru tal-bord ta’ l-istess Organiżazzjoni bejn is-sena 2001 u 2007. Bħalissa huwa uffiċjal tal-Parlament Ewropew.
Fl-Atti ta’ din il-kawża, fl-ewwel dehra quddiem il-Qorti nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Frar,2023, il-proċeduri tal-kawża ġew sospiżi wara li PM News issottometta permezz ta’ l-avukat difensur tiegħu illi l-preżentaturi ta’ PM News kienu xi ħaġa separata mill-kummenti li seta’ għamel Matthew Grech u għaldaqstant il-każ ġie sospiż biex il-Qorti tikkunsidra t-talba jekk għandix tifred l-akkużi bejn Matthew Grech fuq naħa u l- preżentaturi ta’ PM News fuq oħra.
Biss fl-Atti tal-kawża kien laħaq ġie ppreżentat Affidavit mil-PC 2430 Neil Farrugia li dan jgħid bil-ġurament tiegħu :
” b’segwitu ghal riklam li gie trasmess programm nhar 6 ta’ April fuq Facebook Live li matulu Matthew Grech gie introddot bhala s-segretarju generali tal-“ABBA” u rapprezentant lokali tal-International Federation for Therapeutic & counselling Choice. Din hi organizzjoni li tippromwovi u tipprovdi pratici ta’ konverzjoni. Dawn ghandhom ukoll website bl-isem ta’ IFTCC.org. Matul il-programm Matthew Grech ireklama dawn il-prattici u ippromwova l-effikacja taghhom, kemm il-programm kif ukoll ir-reklam huma kontra l-provizjonijiet tal-artiklu 3aiii tal-kapitolu 567 tal-ligijiet ta’ Malta”,
Dan l -Affidavit jidher li ġie ifirmat minn PC 2430 Neil Farrugia li huwa membru tal-Korp tal-pulizija ta’ Malta, stazzjonat ġewwa l-għassa tal-pulizija tar-Rabat, Malta.
Cynthia Chircop li ukoll kienet waħda minn dawk li rrapurtat lill PM News u lill Matthew Grech ( irridu nenfasiżżaw li permezz ta’ l-avukat tagħhom PM News qalu li huma ma jixtiequx li jkunu fl-istess akkuża u abbinati ma’ Matthew Grech) din Cynthia Chircop hi membru ta’ l-MGRM (Malta LGTBIQ Rights
Movement). F’Affidavit li ġie ffirmat mis-Surġent PS 2224 Susanne Mifsud stazzjonata ġewwa l-għassa tal-Mosta ġie iddikjarat li ġiet infurmata minn PC 1361 mis-sezzjoni tas-Cyber Crime, kien innotifikat b’dan ir-rapport sabiex jiġi preservat dan il-programm u eventwalment jiġi eżebit quddiem il-Qorti.
Irridu nippreċiżaw illi peress li l-kawża ma bdietx stante l-eċċezzjoni li qajjem l’Avukat tad-diriġenti ta’ PM News, Dr. Emmy. D. Bezzina, kif ġie deskritt aktar ‘il fuq, dawn id-dettalji m’aħniex ser nelaboraw iktar fuqhom minħabba li hemm seduta ffissata quddiem il-Qorti għad-9 ta’ Ġunju,2023, mill’ 10 ta’ filgħodu ‘l quddiem. Il-każ qed jinstema f’Awla numru 11, mill-Maġistrat Dr. Monica Vella.
Id-drittijiet tal-awtur ta’ dan il-programm huma biss ta’ Pmnews . Fil-każ li l-filmat jew xi materjal jinsteraq u jiġi mtella’ mingħajr permess, Pmnews ser jieħu azzjoni legali fil-konfront ta’ min jkun għamel dan.