Sejħa Nazzjonali mill-Moviment Qawmien il-Poplu.

Bi stqarrija mtella’ nhar l-Erbgħa,15 ta’ Marzu, 2023, il-Moviment Qawmien il-Poplu  jgħid,
” Din l’impożizzjoni fuqna trid tieqaf !
Wasalna fl’ assurdita li Maltin tiranni fl-EU b’abbuż tal-poter, jieħdu Maltin bħali u bħalek il-Qorti mingħajr sens u mingħajr baż,i sempliċiment għax il-Gvern suppost Malti jemenda l-liġi kif jimponu huma fuqu. Serviliżmu tirann għad-dannu ta’ l-istess Maltin u Għawdxin.
Ħadd m’ għandu dritt u Ħadd m’għandu s-setgħa li jaħkem fuq popli oħra bl’ skuża banali ta’ I-ugwaljanza li wara kollox l-għemil tagħhom huwa kontraditorju għall-aħħar.
L’ugwaljanza tfisser mhux toħnoq, imma tħalli fil-liberta’ lill kulħadd, mingħajr distinzzjoni, lill kulħadd jgħix kif jrid u jgħid li jrid mingħajr impożizzjoni.
L-atitudni assurda ta’ dawn it-talin, hija xiehda ta’ abbuż ta’ poter , hija xiehda tal-politika ostili ta’ ħakma dittatorjali moderna li llum l-EU ħakkiema qegħda twettaq bl’ akbar assurdita’.
Il-fatt li sfortunatament minħabba l’inkompetenza taż-żewġ Partiti laqa , servili eletti li għamluna membri skjavi ta’ l-EU u qegħdin jbierku l’liġijiet moqżieża tagħhom, liema liġijiet qegħdin ineżżaw kull dinjita, ma jfissirx li aħna inħalluhom jgħamluna tapit. Jekk il-Gvern u l-oppożizzjoni huma servi ta’ l-EU u għalhekk qegħdin jitilfu l-maġġoranza tal-votanti Maltin u Għawdxin għax l-interess tal-Maltin u l-Għawdxin ġie tat-tieni klassi u qabel tal-barrani, il-Poplu Malti u Għawdxi m’ għandux jkun tapit tagħhom.
Wasal il-waqt li bħala Nazzjon lill dawn it-talin assurdi ħakkiema barranin, il-Poplu Malti u Għawdxi, Poplu wieħed , Nazzjon wieħed, nieqfulhom u nersqu lejn l-arma demokratika ta’ DIŻOBEDJENZA ĊIVILI u REŻISTENZA PASSIVA  kontra l-ħakkiema Politiċi ta’ l’ istat ta’ Artna, il-Politiċi Maltin, imma kontra kull liġi , kontra kull ħakma fuqna li mhux ta’ interess lejn Pajjiżna.
Din hija:
SEJĦA NAZZJONALI SOVRANA tal-Poplu , li l-Moviment Qawmien Il-Poplu Malta, qiegħed jistenna lill kull ruħ verament Maltija tissieħeb fiha.
Poplu Malti u Għawdxi, int ukoll għandek vuċi, tħallihomx jinstemgħu biss huma.
Tibqa, mirfes taħt riġlejhom. Malta tal-Maltin u ħadd m’għandu dritt jmexxina iktar u iktar bil-politika dittatorjali tiegħu JAĦKIMNA.
Inkunu solidali mhux ma’ min qiegħed jaħkimna imma magħna nfusna, mal-familji tagħna u ma’ l-istess Art Twelidna.
MALTA MALTIJA.” temm  jgħid Is-Sur Joseph Borg, fundatur tal-Moviment Qawmien il-Poplu.