Il-Pakistan qed jagħti l-għajnuna lill-vittmi tal-għargħar fuq verifika bijometrika

Wara aktar minn xagħrejn li seħħ l-għagħar ġewwa l-Pakistan, bosta ċittadini għadhom jistennew li tingħata għajnuna sabiex jkunu jistgħu jerġgħu jibnu djar tagħhom mil-ġdid. Din l-għajnuna ser tingħata mill-bank ta’ Khyber,bank tal-gvern provinċjali proprjetà tal-provinċja ta’ Khyber Pakhtunkhwa.
Il-bank għandu l-flus għall-kumpens għall-għargħar iżda qed iżomm milli jqassam il-flus għaliex qal li hemm nuqqas ta’ fergħat fl-aktar żoni milquta kif wkoll il-ħtieġa li l-vittmi jgħaddu minn sistema ta’ verifika bijometrika.
Dawn iż-żoni huma popolati minn nies li b’mod ġenerali lanqas biss jafu dwar dan ir-rekwiżit u x’aktarx lanqas xi jfisser.
Huma għexu fi djar tat-tajn u tat-tafal qabel ma nħakmu mix-xita u issa huma mġiegħla joqogħdu fit-tined u jittamaw li l-għajnuna tal-gvern tasal għalihom kemm jista’ jkun malajr.
Il-Kelliem għall-Awtorità tal-Ġestjoni tad-Diżastri Provinċjali ta’ Khyber Pakhtunkhwa Taimur Ali qal li “tħallsu l-flus fiż-żoni fejn tlesta l-istħarriġ bijometriku.”
Il-Bank ta’ Khyber saħansitra se jiftaħ fergħat ġodda jew mobbli, b’din “l-opportunità bijometrika” qabel ma jgħin lil dawk fi bżonn urġenti  kif normalment isir f’żoni ta ‘diżastru.