Seħħ inċident tat-traffiku dalgħodu ġewwa l-Mrieħel. Pm News Malta javża sabiex kemm jista’ jkun wieħed jevita dawk ż-żoni peress li bħalissa d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili flimkien mat-tim mediku w l-pulizija għaddejin b’ħdima tagħhom rigward dan l-inċident li jidher li kien hemm xi nies mweġġgħa fuq il-post. Nwasslu aktar dettalji meta jkollna aktar informazzjoni.
Update; Raġel ta’ 43 sena weġġa’ serjament wara li tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat ġo siġra fil-bypass tal-Imrieħel. Kawża tad-daqqa l-karozza nqasmet fi tnejn.
Sadanittant wieħed jista’ jidħol jara l-filmat mtella’ minn PmNewsMalta fuq il Paġna tagħna ta’ FaceBook.