Il-Membru parlamentari u Shadow Minister tal-finanzi Jerome Caruana jistaqsi lill-Ministru tas-saħħa Chris Fearne kemm ilha bil-ħsara l-magna tal-X-Ray fil-poliklinika ta’ Ħal Qormi kif ukoll meta se tissewwa u tibda titħaddem mill-ġdid ?
Il-Ministru Fearne wieġeb li fil-ġimgħat li ġejjin ser tiġi installata magna ġdida u moderna tal-X-Rays fil-poliklinika ta’ Ħal Qormi b’teknologija diġitali li se tippermetti ħafna aktar tipi ta’ interventi li jsiru Ħal Qormi stess. Għaldaqstant il-Ministru ma semma’ l-ebda data meta dan se jseħħ.
Bosta residenti mil-lokalitajiet ta’ Ħal Qormi u s-Siġġiewi qed jkollom jmorru fi klinki oħra sabiex jkollom servizz għall X-Ray. Dan qed jkun ta’ piż għall kliniki l-oħra li joffru dan is-servizz minħabba li d-domanda issa żdiedet u trid tkopri aktar nies.
Persuni minn dawn il-lokalitajiet tkellmu ma PM News Malta fejn qalu li d-dewmien sabiex wieħed jinqeda speċjalment f’każ ta’ emerġenza huwa inaċċettabli.