L-Unjin tal-Pulizija ħarġet direttiva li tidħol fis-seħħ minn għada 1 ta’ Lulju 2022 fis-6am.
B’reazzjoni għal nuqqas ta’ qbil li ġew irrappurtati xhur ilu, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Police Union qed iżid l-istruzzjonijiet lill-membri tiegħu.
“Il-Union b’diżappunt tinnota li l-gvern mhux lest li jtejjeb l-affarijiet fil-Korp tal-Pulizija, u jum wara l-ieħor, is-sitwazzjoni qed tiggrava. Bi Strateġija li ma twassal għal imkien, il-Korp tal-Pulizija qatt ma kien f’din is-sitwazzjoni. F’dawn l-aħħar 18-il xahar biss, ‘il fuq minn 300 uffiċjal telqu mill-Korp.”