Maskra u Sarima vs il kuxjenza Libera- Joseph Borg

Il-liġi tal-IVF. L-Emendi Tal-Ligi u l Parlament Malti.
Maskra u Sarima vs il-kuxjenza Libera.

Kwotazzjoni.
“Id-Dritt tal-vot tal-Kuxjenza fil-Parlament, huwa wieħed mid-drittijiet
ikkalpestati fil-Parlament Malti.”

Diskors mill Professur Akkademiku għalliem fl Universita. Jgħallem il-Politika .

Wara l-manuvri strambi li saru fil-Parlament dan l-aħħar jiem biex setgħat l-liġi tal-Emendi tal-IVF, manuvri li komplew juru in-nuqqas ta’ kredibilita li jħaddan il-Parlament Malti u l-istess ħakkiema Maltin, din il-kwotazzjoni mill-abbli u studjuż kbir il-Professur Akkedemiku Mario Vassallo, turi u titfa dawl aħmar fuq il-verita tal-fatti.

Ma nkunx qiegħed nizbalja xejn jekk pubblikament nistqarr kif indunaw ħafna Maltin u Għawdxin li mhux reqdin ir- raqda ta’ Sleeping Beauty u qegħdin jaħsbu li qegħdin joħolmu quddiem din ir-realta’, li l-liġi nkwistjoni mhux minnu li fir-realta’ għaddiet bil maġġoranza bil-fehma ĦIELSA TAL-KUXJENZA ta’ kull Deputat.

Imma għaddiet b’ mod iktar anti-demokratiku, fejn tpoġġiet sarima dittatorjali ħalli l-ħakkiem ta’ żewġ Partiti izzommu l-
espressjoni persunali ta’ kull Deputat.

Quddiem din ir-realta fejn kif tajjeb jintqal mill-Professur Mario Vassallo meta jiġri hekk ikun qiegħed jigi ikkalpestat id-dritt morali , wieħed jistaqsi “Imma dan vera sar ? U jekk vera sar x’kienet ir-raġuni.”

Meta kienet riesqa l-elezzjoni u dak li qiegħed isir illum, u dak li resqin lejh l-
approvazzjoni ta’ abort Legali fuq dawn il-Gzejjer, kien kollu preventiv, kull Kandidat ghall Elezzjoni kien mitlub jiffirma dikjarazzjoni li ma jkollu l-ebda sehem u li ma jipparteċipax kontra fejn ikun hemm konnessjonijiet li jmorru kontra d-dritt tal-ħajja.

Din id-dikjarazzjoni niftakru li kienet marbuta mal-kandidatura tagħhom għall elezzjoni ħalli jekk jinstab li hu kontra dritt tal ħajja, l-elettorat ċittadin Malti, jeleminah fl-għażla tal-vot. B’sodisfazzjon kienu ħafna id-deputati li niżlu il- firma tagħhom. Quddiem dan l-istat ta fatt, quddiem is sehem sħiħ ta’ kważi d-Deputati favur liġi tal-Emendi tal-IVF, li nislet b mod ċar imwiet għall
diversi embrijuni ħajjin, wieħed jistaqsi b’mod miftuħ għaliex iffirmaw mod u għamlu ieħor .

U rrisposta hija ċara għal min irid jifhima, jew iffirmaw b’ipokrezija li ħafna
ħakkiema fil-parlament huma magħrufa għaliha, jew iffirmaw b’kuxjenza safja
morali għax kienu liberi li jgħamlu hekk. Jiena nemmen li iffirmaw għax vera għadhom stima għolja ta’ valur lejn il-ħajja. Mela b’ konvinzjoni nistqarr li dak li
ġara fil-parlament huwa ċar, li l-ħakkiema Mexxejja, Kapijiet tal-Partiti imponew
fuq id-deputati iċ-ċaħda tal-vot ħieles għax kienu jafu fid-deher li dik il-liġi ma
kienitx sejra tgħaddi mill-Parlament. Fi kliem ieħor ġiet ikkalpestata l-opinjoni
morali tad-deputati fiż-żewġ Parititi. Grazzi bħall dejjem din il-bozza biex il-poplu
ikun jaf x’qiegħed isir u x’ kien qiegħed jiġi moħbi, xegħla b’kulur aħmar allaramanti L-Onorevoli Adrian Delia użewġ deputati oħra flimkien ma l-Onorevoli Carmelo Mifsud Bonnici minn fejn kien indispost iddikjara ukoll l-pożizzjoni tiegħu kontra l-liġi.

X’jfisser dan kollu, li liġi bl- emendi kif tressqet li kif osserva l’Poplu hija liġi favur
il-mewt ta’ dawk li ma għandhomx leħen u li akkost ta’ kollox, fir-realta għaddiet
mill-parlament kontra ir-rieda ħielsa ta’ l-istess deputati fuq iż-żewġ naħat li kienu kostretti jivvuttaw għax kellhom maskra u sarima.

Din hija gravi ħafna u serja li naraw liġi imponuta mhux biss fuq il-poplu li kien kontra tagħha, imma wkoll
imponuta kontra r-rieda ta’ l-istess deputati Parlamentari taż-żewġ Partiti li jgħidu li huma liberali u quddiem il-fatti joħonqu il-Progress tal-ħajja. Li fil-beraħ
jgħidu li jħaddnu politika ta’ ugwaljanza u fil-prattika jgħamlu għażla ta’ ħaqq ta’
min għandu jgħix u ma jgħix tant il mod kif għażlu huma b’turija ta’ qalb tal-ġebel
mingħajr sensittivita f’kull proċess ma’ kull 5 embrijuni ħajjin, fl-għażla dejjem
sejra tmut ħajja filwaqt li dawk iffriżati f’ħajja qasira sejrin imutu ukoll.

Quddiem din l-istampa reali li ħafna inħbiet minnhom għax ġiet preżenata
stampa li b din il-liġi se nkunu samaritani li noffru iktar ħajjiet, meta fil-fatt hija liġi tal-Mewt , wieħed jifhem ghaliex l-istat ikkalpesta ukoll il moralita u dinjita tal-President ta’ Malta li spiccaw b’mod l-aktar ta stmerrija ippoġġuh f’ kolp ta’ stat, għax raw li hu Persuna ta’ dinjita morali, ta’ valuri u persuna li jħaddan
verament valur kbir id- dinjita favur il-ħajja.

Ta’ għajb kbir il-mod kif ġie ikkundizzjonat il-President li jew jiffirma jew jiġi akkużat li qiegħed jikser il-kostituzzjoni bil- konsegwenza li kien hemm mil-possibilta kif kien diġa intqal b’mod indirett li setgħu ikun hemm lok ta’ azzjonijiet legali kontra id-Dinjita ta’ dan il-bniedem kbir li għamel kull unur lill Poplu Malti kemm ilu President ta’ hekk imsejjaħ Pajjiżna li żgur li fir realta’ ma hux.
Quddiem din l-Istampa reali ta’ għajb kbir li qiegħed jgħix il-Poplu Malti u Għawdxi
kif ukoll pass degradanti u assurd tal-Prim Ministru li jaħtar Persuna Aġent
President,ħatra li rrid nikteb u nixtarr magħkom iktar il- quddiem, u dan jintuża
biex jiffirma liġi li kif għidt għaddiet b’manuvri dittatorjali miż-żewġ partiti biex ikunu leali wieħed il-PN lejn il-President Metsola li uriet fil-beraħ l’aġenda tagħha dwar id-dinjita tal-ħajja, u PL lejn Helena Dalli li sa mill bidu tal-ħatra tagħha baqgħet tixpruna permezz ta’ impożizzjoni sħiħa mill-EU, klawsola wara klawsola, manuvra wara manuvra biex finalment tara li dak li wegħdet lil EU, iċċappas il-
Malta b’Abort Legalizzat.

Inkomplu nixtarru quddiem lenti u fil-beraħ diversi aspetti ta’ realta li jkunu
qegħdin iseħħu fuq dawn il- gżejjer f’perjodu qasir ħafna.
Sa dak il-jum ta’ kontinwazzjoni nizzikħajr il- kulħadd l’iktar id-diriġenti tal-PM News Malta li tawni din l-opportunita.

Sliem Għeżież Maltin u Għawdxin.

 

Screenshot_186-removebg-preview
Joseph Borg