Meta se nitgħallmu? – Ħmieġ enormi fejn Il-Kappella tal-Madonna tad-Dawl, Il-Bidni – Żabbar

Ħmieġ enormi fejn il-Kappella tal-Madonna tad-Dawl, Il-Bidni – Ħaż-Żabbar. Din hija post li qed tiċċirkola fuq il-midja soċjali. L-ammont ta ‘ħmieġ li hemm huwa tal-mistħija.
Hekk inkiteb fil-post ta’ min qed ixandar dan l-abbuż.

“Meta se nitgħallmu?

Le. Mhux tort tal-Kunsill, jew ta’ xi entità oħra. Dan tort ta’ xi ħadd minna.
Il-Kappella tal-Madonna tad-Dawl, Il-Bidni – Żabbar…ftit metri ‘l bogħod mill-monument storiku tat-Tlett Islaleb.
Ħerba, żibel, tkissir u siġar li tqaċċtu. Inkludejt ritratt meħud Google Maps biex tara kif kienet qabel.
Meta ma napprezzawx il-wirt ta’ madwarna nkunu qed noqtlu l-preżent u l-futur tal-pajjiż”.