Moviment Azzjoni Soċjali bi stqarrija rigward il-kawża Vitals-Steward.

Fi Stqarrija għall-Istampa, il-Moviment Azzjoni Soċjali permezz tal-Uffiċjal għall-Kommunikazzjoni tiegħu, Jake Muscat, qajjmu erba’ punti rigward ir-rebħa tal-kawża tal-isptarijiet mill-Onor. Dr. Adrian Delia kontra l-kumpanija Vitals-Steward.
M.A.S fl-istqarrija tagħhom jgħidu :
“I. Din hija rebħa netta tas-sewwa kontra l-ħażen fil-ħajja pubblika, b’konferma
wkoll mill-Gvern Laburista li saħansitra għandu x-xewqa li jnaqqas it-terminu tal-
appell biex juri kemm, fil-verità, wera li m’għandu l-ebda possibiltà u l-ebda
interess li jiddefendi ruħu f’din il-kawża;
II. Dan il-każ huwa ta’ għajb għall -Maltin u l-Għawdxin ta’ rieda tajba kollha, u
wieħed għandu jistenna li la l-Gvern u l-ebda partit politiku jew forza soċjali oħra,
ma jnaqsu b’xi mod il-gravità tas-sitwazzjoni;
III. Is-servizz tas-saħħa pubblika tagħna kien u għandu jibqa’ tal-għola livell
possibbli, però fil-kontroll effettiv tal-Ir istat, b’responsabbiltà politika ċara lejn il-
Maltin u l-Għawdxin, il-privat ma għandu jkun qatt dominanti fil-provvista bażika
li għandha tkun tal-għola kwalità;
IV. Finalment, irridu naraw: (i) li kull min hu responsabbli jaffaċċja l-ġustizzja skont
il-liġi; (ii) li l-ħajja pubblika tagħna terġa’ tingħata fiduċja permezz tal-integrità u
l-onesà ta’ dawk kollha involuti, li għandha tiddomina fuq it-tornakont personali u
raġunijiet ta’ profitt barra minn lokhom; (iii) li l-kriterji għall-ħajja pubblika
xierqa jitjiebu u jogħlew fis-sewwa; (iv) li dan kollu jwassal għal konċiljazzjoni
nazzjonali bbażat fuq is-sewwa.”
“B’żieda minħabba dikjarazzjonijiet li ġew wara mill-Onor. Prim Ministru Dr Robert Abela, napprezzaw li se tintalab it-troddija lura ta’ dak li ttieħed mingħand il-poplu Malti u l-kontribwenti kollha tar-Repubblika mingħajr ma kien xieraq li jsir hekk. Madanakollu, se nipprovaw nagħmlu analiżi aktar approfondita kemm tas-sentenza u tal-iżviluppi fuqha” kompla jgħid il-President tal-Moviment,l- avv. Edric Micallef Figallo.