ABBA mar lura l-uffiċċju tal-Parlament Ewropew

Illum Partit ABBA mar lura l-uffiċċju tal-Parlament Ewropew ġewwa l-Belt Valletta sabiex jerġa jfakkar li l-bandiera Maltija baqgħet assenti minn mal binja ta’ l-istess Uffiċċju. Dan wara li f’Diċembru li għadda l-istess Partit ġibed l-attenzjoni lill istess uffiċċju li bi ksur ta l-etika, protocol u ksur kostituzzjonali il-bandiera Maltija tniżżlet u ittellgħet minflokha dik ta’ l-Ukrajna.
Waqt li nikkundannaw dan l-aġir kontra n-nazzjon Malti mil Unjoni Ewropea, il-Kap tal-Partit ABBA, Ivan Grech Mintoff u Tania Gauci Fiorini illum ippreżentaw bandiera Maltija fl-uffiċċju u bagħtu ittra lil President tal-parlament Ewropew Roberta Metsola u lil dak tal Kunsill Ewropew Ursula Van Der Leyen biex javża li jekk l-uffiċċju mhux ser ittella l-bandiera Maltija se jieħu passi ulterjuri biex dan l-insult u periklu fuq Malta min naħa tagħhom ma jkomplix.
“Jider ċar li iż-żewġ partiti tradizzjonali, li qed jirrapreżentawna fi-Parlament bħal issa, ma jinteressahomx mil Kostituzzjoni u n-newtralità ta’ Pajjiżna għax ħadd minnhom ma tkellem.
Dan kollu jurina li l-Ministri u r-rappreżentanti Parlamentari qegħdin hemm għaċ ċerimonji biss.
Partit ABBA jwiegħed li jekk il-poplu Malti juri rispons tajjeb u javda lill Partit ABBA fl-Elezzjonijiet Ewropew ta Ġunju 2024, aħna ser inkunu fuq quddiem tal-poplu Malti sabiex niddefendu giehna kif ukoll kull dritt dovut lilna u lin nazzjon tagħna.