ADPD tilqa’ l-emendi riveduti dwar l-abort.

ADPD japprezza li l-Gvern dalgħodu ħabbar proposta ta’ kompromess għad-dibattitu dwar l-abort imma stenna li dan ikun iktar kurraġġuż f’dawn l-emendi.
Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci qalet li filwaqt li hu għaldaqstant tajjeb li l-Gvern wasal għal pożizzjoni ta’ kompromess seta’ kien ftit iktar kuraġġuż u li jieħu passi biex jiddikriminalizza l-abort, kif ukoll li dan ikun permissibli f’każ ta’ inċest jew stupru kif ukoll f’każ ta’ tqala mhux vijabbli.
Gauci fakkret li ADPD hu l-uniku partit politiku li tkellem b’mod ċar dwar l-abort fil-Manifest Elettorali. Din il-pożizzjoni politika tagħna bħala partit fissirniha diġa’ kemm permezz ta’ riżoluzzjoni approvata mill-Eżekuttiv tal-partit xi snin ilu kif ukoll fil-Manifest Elettorali tal-aħħar elezzjoni.