Wara l-avviż legali dwar l-użu temporanju maħruġa għall-użu ta’ Karavans u Kampers li ġiet introdotta l-bieraħ 22 ta’ Ġunju 2023 jidher li ħafna sidien jinsabu frustrati b’dan l-avviż .
Rajna diversi kummenti fuq il-midja soċjali Facebook. Jidher li dan l-avviż legali tant qanqal rabja fost is-sidien li f’waħda mill-posts fuq paġna pubblika hemm miktub hekk:
“Hello lil kulħadd, is-Sibt fl-4 pm ħa insemmgħu leħinna taħt is-Salina hotel. Min jista’ jiġi aħjar ħalli ningħaqdu. Grazzi”